Gallery

Int Student fil-Livell Sekondarju?


Jekk int student fi skola sekondarja, fil-ġimgħat li għaddew fl-iskola tiegħek ġejt infurmat bit-tibdil li sar fiċ-Ċertifikat Finali li jingħata meta ittemm l-edukazzjoni sekondarja.

Minn din is-sena, dan iċ-ċertifikat ser jibda jinkludi fih dettalji dwar l-impenn ta’ kull student f’attivitajiet ta’ tagħlim informali wara l-ħin ta’ l-iskola.

Wirt iż-Żejtun irreġistrat u ġiet aċċettata mid-Direttorat għall-Kwalita’ u l-iStandards fl-Edukazzjoni u mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiċi bħala entita’ li tipprovdi tagħlim informali.  Dan ifisser li jekk int student fil-livell sekondarju u tibda tipparteċipa u tagħti sehemek fl-attivitajiet tagħna b’mod regolari, barra li inti tkun qed twessgħa u tkabbar il-livell edukattiv tiegħek, dan l-impenn ikompli jkabbar il-valur taċ-Ċertifikat li jingħatalek mill-iskola tiegħek la darba ittemm l-istudji tiegħek fil-livell sekondarju.

Għalek qed inħeġġu sa biex aktar studenti jissieħbu magħna u jirregistraw bħala membri taħt it-tmintax il-sena u jibdew jipparteċipaw bis-sħiħ fl-attivitajiet li nagħmlu matul is-sena.

Għal aktar informazzjoni biex tissieħeb bħala membru magħna ikklikja hawn.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s