Gallery

AĦBARIJIET: Il-Kumitat Eżekuttiv jiltaqa’ mal-Ministru Bonnici


DSCN5776Fil-25 ta’ Ġunju, l-Kumitat Eżekuttiv ta’ Wirt iż-Żejtun iltaqa’ mal-Onor. Dr. Owen Bonnici, Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.  Il-laqgħa saret fl-uffiċċju tal-Ministru, l-Belt Valletta.

Matul din il-laqgħa, l-kumitat ippreżenta l-fehmiet u l-proposti tiegħu dwar kif il-wirt kulturali fix-Xlokk ta’ Malta jista’ jiġi apprezzat aħjar min-nies tal-lokal kif ukoll mit-turisti.  It-turiżmu fix-Xlokk ta’ Malta għandu aspetti differenti minn postijiet oħrajn u l-wirt partikolari tiegħu jista’ jintuża biex jipromwovi turiżmu mill-aqwa u avventuruż.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Bonnici wera l-fehmiet tiegħu fuq dan is-suġġett u qabel li trid tingħata aktar attenzjoni lil dan il-wirt awtentiku u uniku li qed iżejjen diversi lokalitajiet fil-gżejjer tagħna, minkejja ċ-ċokon tagħhom.

Il-Kumitat Eżekuttiv informa lill-Ministru li Wirt iż-Żejtun qiegħda hemm biex tassisti u tagħti l-kontribut tagħha lill-Gvern f’oqsma relatati mal-protezzjoni  u l-promozzjoni tal-wirt kulturali fir-reġjun li ż-Żejtun jifforma parti minnu.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s