Gallery

ATTIVITAJIET: Simpożju 2014 – Il-Ħbit tat-Torok tal-1614


DSC_1860CKienet għodwa nteressanti ħafna nhar il-5 ta’ Lulju, meta fil-knisja Parrokkjali l-Qadima taż-Żejtun, udjenza mdaqqsa ltaqet biex tisma’ tmien storiċi li ppreżentaw ir-riċerka tagħhom fuq dan l-avveniment partikolari fl-istorja ta’ Malta.

Is-Simpożju nfetaħ mill-Onor. Dr. Owen Bonnici, Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.  Fid-diskors tiegħu, il-Ministru inkoraġixxa lil Wirt iż-Żejtun u ‘l-Għaqdiet mhux Governattivi simili oħra biex ikomplu jaħdmu għall-promozzjoni u l-apprezament tal-wirt kulturali tagħna.

Giulia Privitelli ppreżentat ir-riċerka minn arkivji differenti dwar kif verament sar l-aħħar ħbit tat-Torok.  Charles Debono ta rakkont storiku ta’ x’ġara wara li t-Torok ħallew il-Bajja ta’ Wied il-Għajn u kif huma daħlu l-Mellieħa qabel baħru lejn l-Afrika ta’ Fuq.  Sandro Debono qasam l-informazzjoni li ġabar dwar tliet kwadri tal-artali li b’xi mod huma relatati ma’ dan l-avveniment storiku.  Dr. Anton Bugeja ppreżenta r-riċerka tiegħu dwar Klement Tabone, li hu maħsub li kien wieħed mill-eroj Żwieten waqt il-ġlieda kontra t-Torok f’Bulebel.

Fiona Vella qasmet il-ħsibijiet u l-kitbiet tagħha dwar rakkonti folkloristiċi u għidut oħra marbuta mal-istorja tal-aħħar ħbit.  Godwin Vella analizza l-impatt li ħallew l-attakki frekwenti tat-Torok u tal-kursara fuq il-komunita’ li kienet tgħix fix-Xlokk ta’ Malta fil-bidu tas-Seklu 17.

Il-Professur Stanley Fiorini, b’mod loġiku, ippreżenta r-riċerka tiegħu dwar kif in-nies li kienu joqogħdu fix-Xlokk ta’ Malta ppruvaw jiddefendu lilhom infushom minn dawn l-attakki frekwenti.  Dr. Stephen Spiteri ddeskriva kif l-Ordni ta’ San Ġwann żiedet id-difiża mal-kosta tal-gżira wara dan l-attakk.

Dr. Joseph Buttigieg, Ċermen ta’ Heritage Malta, għalaq is-simpożju b’analiżi tal-fatti li ġew ippreżentati mill-kelliema differenti.

Wirt iż-Żejtun se tippubblika dawn il-preżentazzjonijiet ta’ dan is-simpożju.

This slideshow requires JavaScript.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s