Gallery

AĦBARIJIET: L-Aħħar tislima lil Dr Alexander Cachia Zammit


DSC_5466_aDSC_5496DSC_5481???????????????????????????????

Matul l-għodwa tat-2 t’Awissu 2014, fil-Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun u fit-triq li twassal għaċ-ċimiterju ta’ San Girgor, ingħatat l-aħħar tislima lil Dr. Alexander Cachia Zammit.

Dr. Cachia Zammit, barra li kien tabib, politiku u president tas-Soċjeta’ Mużikali Beland, kien membru onorarju ta’ Wirt iż-Żejtun kif ukoll membru fundatur.  Hu kellu interess kbir fl-istorja taż-Żejtun u dak kollu li jagħti identita’ lil din il-belt.  Sa minn meta tnissel il-ħsieb tat-twaqqif ta’ din l-għaqda, hu mhux biss wera interess iżda kien ewlieni sabiex ħeġġeġ it-twaqqif ta’ Wirt iż-Żejtun.

Waħda mill-ewwel attivitajiet li ġiet organizzata minn Wirt iż-Żejtun kienet intervista pubblika ma’ Dr. Cachia Zammit dwar it-tifkiriet tiegħu tal-Ġimgħa l-Kbira taż-Żejtun.  Kull min attenda għal din l-attivita’ aktar minn erba’ snin ilu, kien impressjona ruħu bl-informazzjoni li qasam ma’ dawk preżenti.  L-aħħar attivita’ li attenda ta’ Wirt iż-Żejtun, kienet id-diskussjoni dwar Mikiel Cachia li saret is-sena l-oħra fi Ġnien Luqa Briffa.

Dr. Cachia Zammit kien ukoll benefattur ta’ diversi opri fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Katarina kif ukoll filantropu ta’ inizzjattivi fil-komunita’ Żejtunija.  Iżda mingħajr dubju ta’ xejn, hu se jibqa’ mfakkar bħala l-aktar persuna li dam imexxi soċjeta’ mużikali f’Malta.  Dan għaliex kien ilu 54 sena president tas-Soċjeta’ Mużikali Beland.  Minkejja dan, din is-soċjeta’ xorta baqgħet tiġġeded maż-żminijiet sabiex flimkien ma’ l-Għaqda Banda Żejtun kompliet tonora lil beltna bl-impenn mużikali fostna.

Wirt iż-Żejtun issellem it-tifkira ta’ dan il-personaġġ li għamel ħafna għall-belt twelidu.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s