Gallery

ATTIVITAJIET: Ngħalqu l-attivitajiet bil-kbir matul Novembru


Matul ix-xahar ta’ Novembru, Wirt iż-Żejtun se tkun qed tagħlaq is-sena t’attivitajiet li għamlet sa biex tfakkar għeluq l-400 sena mill-Aħħar Ħbit tat-Torok li seħħ fis-6 ta’ Lulju 1614.

Nhar il-Ħadd 2 ta’ Novembru se tiġi organizzata mixja, fejn għaliha qed nistiednu residenti barranin li jixtiequ jsiru jafu aktar dwar l-istorja u l-kultura ta’ pajjiżna.  Huwa għalhekk li r-rakkont matul din il-mixja se jkun qed isir bil-lingwa Ingliża.  Il-mixja ser tibda mill-Parroċċa l-Qadima ta’ Santa Katarina fid-9:00 ta’ filgħodu u minn hemm insegwu ir-rotta li għaddew minnha it-Torok sal-post fejn saret it-taqbida mall-Maltin u l-Kavallerija tal-Ordni u li wara waslet għall-irtirata Torka.  Matul din il-mixja, barra l-Parroċċa l-Qadima se nżuru wkoll il-Knisja tas-Salvatur kif ukoll il-Knisja ta’ San Klement.  Se nimxu wkoll matul it-toroq dojoq u mserpin ta’ Bisqallin jew kif inhu magħruf illum, ir-Raħal t’Isfel.DSC_8579

Nhar is-Sibt u l-Ħadd, 8 u 9 ta’ Novembru, fis-7:30 ta’ filgħaxija, fis-sala tal-Juventutis Domus Saxra Familia, ser jittellgħa d-dramm storiku “Imħabba fit-Taqbida”.  Dan id-dramm inkiteb minn Joseph Agius u ser ikun taħt id-direzzjoni tiegħu.  Id-dramm huwa maħdum fl-isfond storiku tal-ġrajja tal-ħbit tat-Torok fil-bidu tas-Seklu 17, fejn ġuvni lltim jinġibed lejn skjava li kienet taqdi lil familja ta’ Klement Tabone, raġel għani iżda b’qalb tad-deheb.  Il-biċċa l-kbira tal-karattri f’dan id-dramm huma persunaġġi li għexu ta’ bil-ħaqq il-ħbit tat-Torok tal-1614. Id-dramm qed jittellgħa minn Wirt iż-Żejtun flimkien mall-Juventutis Domus Sacra Familia.  Il-biljetti għall-dan id-dramm jistgħu jinkisbu mid-Domus stess.Dramm Poster

L-attivitajiet ta’ din is-sena jagħlqu b’quddiesa tat-tifkira li ser issir nhar il-Ħadd 23 ta’ Novembru fid-9:00 ta’ filgħodu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina.  Din is-sena ser inkunu qed infakkru lil Klement Tabone u lil-vittmi fit-taqbida tal-1614.  Għal din il-quddiesa huma mistiedna jattendu l-għaqdiet ċivili u reliġjużi taż-Żejtun fejn wara flimkien mall-Boys Scouts u l-Girl Guides taż-Żejtun, jieħdu sehem f’korteo li jintemm fejn il-Knisja ta’ San Klement, fejn issir kommemorazzjoni qasira f’ġieħ Klement Tabone.Figure 5 Portrait of Clemente Tabone (Photo by author)

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s