Gallery

ATTIVITAJIET: Il-Mixja tal-Aħħar Ħbit tat-Torok tal-1614


DSCN6179Nhar il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, f’għodwa bix-xita, Wirt iż-Żejtun organiza l-aħħar mixja tiegħu għal din is-sena.  Il-mixja kienet dik tal-Ħbit tat-Torok tal-1614 mill-knisja Parrokkjali l-Qadima sal-kappella ta’ San Klement.

Dawk li attendew ingħataw spjegazzjoni dwar ir-rwol tal-knisja Parrokkjali l-Qadima matul dan il-ħbit u kif l-attakk kompla kmieni fl-għodwa tas-6 ta’ Lulju 1614.  Il-mixja mbagħad kompliet fit-toroq dojoq tar-Raħal t’Isfel, b’waqfiet fil-kappella tas-Salvatur li dik il-ħabta kienet iddedikata lil Santa Marija u kienet ukoll il-viċi parroċċa; f’Ħajt il-Wied fejn wieħed seta’ japprezza l-karatteristika tad-djar; u quddiem id-dar ta’ Klement Tabone, ftit metri ‘l bogħod mill-kappella li bena, iddedikata lil San Klement.  Fost l-udjenza li titkellem bl-Ingliż, kien hemm l-E.T.  Gina Abercrombie – l-Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta li onoratna billi ingħaqdet magħna f’din il-mixja.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s