Gallery

ATTIVITAJIET: Mixja Kulturali fiċ-Ċentru taż-Żejtun


DSCN7725CNhar il-Ħadd 26 ta’ April 2015, matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu, Wirt iż-Żejtun organizzat mixja kulturali fiċ-ċentru taż-Żejtun.

Din il-mixja bdiet minn Misraħ Carlo Diacono u kompliet fit-toroq dojoq tal-Gwiedi, l-inħawi li jiġu taħt il-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.  F’dawn l-inħawi, b’mod speċjali fi Triq Santa Katarina, dawk li attendew għal din il-mixja setgħu japprezzaw is-sbuħija ta’ djar barokki li nsibu f’din it-triq.

L-artist Żejtuni, Anthony Spagnol, dawwar lil dawk preżenti max-xogħolijietartistiċi li nsibu fil-knisja taż-Żejtun.  Wara kien hemm l-opportunita’ li nżuru l-mużew tal-Arti u Storja tal-parroċċa.

Matul din il-mixja saret żjara wkoll fil-Każin tas-Soċjeta’ Mużikali Beland, kif ukoll fit-Tejatru Pandora, tal-Għaqda Banda Żejtun.

This slideshow requires JavaScript.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s