Artikli

Fiż-Żejtun, bħal f’kull parroċċa f’Malta u f’Għawdex, fil-ġranet tal-festa jiġu ippubblikati kotba li mhux biss ikun fihom il-programm tal-festa, iżda wkoll ikunu mimlija b’artiklu interessanti b’rabta storika. Illum Wirt iż-Żejtun qed tintroduċi fuq dan is-sit proġett ta’ l-ewwel fix-xorta tiegħu f’pajjiżna!

 

Għall grazzja t’Alla, fiż-Żejtun jiġu ippublikati mhux anqas minn ħames kotba (jew programmi) differenti fil-ġranet tal-festa, u kull ktejjeb ikun fih numru ta’ artikli, bosta minnhom riċerkati, dwar elementi differenti tal-wirt għani li għandha Beltna. Wirt iż-Żejtun akwista id-drittijiet minn dawn is-Soċjetajiet u Għaqdiet Żwieten biex dawn l-artikli ikunu aċċessibbli b’mod diġitali fuq is-sit tagħna. Dawk li tawna dan id-dritt s’issa huma Is-Soċjeta’ Mużikali Beland, l-Għaqda Banda Zejtun, l-Għaqda Armar 25 ta’ Novembru u l-Għaqda tan-Nar 25 ta’ Novembru u ta’ dan nirringrazzjawhom mill-qalb f’isem min ser ikun qed jaċċessa dan it-teżor kbir!

Din ser tkun għodda tajba ħafna għal studenti, riċerkaturi u kull min jinteressah isir jaf aktar dwar iż-Żejtun.

Biex tidħlu f’dan l-arkivju diġitali huwa faċli ħafna. Kull m’għandkom tagħmlu huwa li tikklikja fuq ir-ritratt taħt it-titlu “Kitbiet dwar iż-Żejtun”. Minn hemm ser tiġu gwidati f’parti differenti tas-sit tagħna li wkoll huwa b’żewġ lingwi. It-tfittxija li ser tkunu tistgħu tagħmlu ser tkun b’erba’ modi:

  • Isem l-awtur
  • Is-Suġġett
  • L-Isem tal-Ktejjeb
  • Is-Sena li ġie Mitbugħ

Barra minn dawn il-pubblikazzjonijiet il-quddiem ser inkunu qed noħolqu aċċess ukoll għal kitbiet oħrajn dwar iż-Żejtun.

Nistednukom li tidħlu biex tipruvawh billi tikklikajw hawn.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s