Attivitajiet fil-Qrib

 

Symposium 2014 Logo_MALT

Wirt iż-Żejtun se tkun qed torganizza t-tieni simpożju nazzjonali, nhar is-Sibt 5 ta’ Lulju 2014, bejn it-08:30 u s-13:30.  Dan is-simpożju se jkun qed ifakkar għeluq l-400 sena mill-aħħar ħbit tat-Torok fuq Malta, li seħħ fis-6 ta’ Lulju 1614.  F’dan il-ħbit, it-Torok niżlu fil-Bajja ta’ San Tumas u minn hemm telgħu lejn iż-Żejtun, fejn għamlu diversi ħsarat, sakemm wara taqbida man-nies tal-lokal, ċedew u rtiraw lura lejn l-iġfna tagħhom.

 

Giulia Privitelli

Giulia Privitelli

Charles Debono

Charles Debono

Sandro Debono

Sandro Debono

Dr Anton Bugeja

Dr Anton Bugeja

F’dan is-simpożju, tmien riċerkaturi se jippreżentaw fatti interessanti li għandhom rabta diretta ma’ din il-grajja storika.  Giulia Privitelli se tippreżenta dak li sabet miktub dwar din il-grajja f’diversi arkivji. Charles Debono se jaqsam ma’ dawk preżenti kif wara li telqu mill-Bajja ta’ San Tumas, it-Torok telgħu l-Mellieħa.  Sandro Debono se jkellimna dwar tliet kwadri li nsibu fiż-Żejtun, li t-tlieta li huma għandhom rabta diretta ma’ din il-ġrajja.  It-Tabib Anton Bugeja se jirrakkonta dwar dak kollu li sab fuq il-ħajja ta’ Klement Tabone.

Dr Stephen Spiteri

Dr Stephen Spiteri

Prof Stanley Fiorini

Prof Stanley Fiorini

Godwin Vella

Godwin Vella

Fiona Vella

Fiona Vella

Fiona Vella se twassal ir-rakkonti folkloristiċi u għidut oħra li għandhom rabta ma’ din il-ġrajja, filwaqt li Godwin Vella se jwassal ħsibijietu dwar kif il-komunita’ Żejtunija ta’ dak iż-żmien kienet tgħix u x’impatt ħalla fuq l-istess komunita’ t-theddid kontinwu ta’ ħbit bħal dan.  Il-Professur Stanley Fiorini se jaqsam magħna dak li sab dwar kif in-nies tax-Xlokk ta’ Malta kienu jiddefendu ruħhom minn attakki bħal dawn.  Dr. Stephen Spiteri se jagħlaq il-preżentazzjonijiet billi jispjega kif wara l-assalt tal-1614, l-Ordni ta’ San Ġwann ħadet ħsieb iżżid id-difiża matul il-kosta fix-Xlokk ta’ Malta.

Żgur li dan it-tagħrif se jqanqal interess kbir dwar l-istorja ta’ Malta u dak kollu li għaddew minnu missirijietna.  Għalhekk nistiednukom tingħaqdu magħna u tirreġistraw għal dan is-simpożju billi timlew id-dettalji t’hawn taħt. Il-ħlas tar-reġistrazzjoni huwa ta’ 5 euro għal kull persuna u għand jsir b’ċekk indirizzat lil Wirt iż-Żejtun, Kaxxa Postali 25, iż-Żejtun. (Il-preżentazzjonijiet se jsiru bil-Malti).

JEKK INT INTERESSAT LI TIPPARTEĊIPA FL-ATTIVITAJIET TA’ WIRT IZ-ZEJTUN, INTI GĦANDEK IZZUR DIN IL-PAĠNA TA’ SPISS BIEX IZZOMM RUĦEK AĠĠORNAT FUQ L-ATTIVITAJIET LI JKUNU SE JSIRU.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s