BELTNA: Il-Knisja San Klement

Il-Knisja San Klement (1) inbniet minn Klement Tabone fl-1658, hekk kif tixhed id-data li hemm il-fuq mill-bieb prinċipali tal-knisja, preċiż taħt l-arma tal-familja Tabone li hemm minquxa fil-ġebla.  Wiċċ Klement Tabone jidher impitter fir-rokna t’isfel fin-naħa tax-xellug tal-kwadru titulari li nsibu fuq l-artal ta’ din il-knisja.  Kemm il-kwadru kif ukoll il-knisja jidhru li saru minn Klement bħala wegħda.  Fil-fatt Klement Tabone kien dak li mexxa liż-Żwieten fit-taqbida kontra t-Torok fis-6 ta’ Lulju 1614.  Dawn qabel ma ċedew u rtiraw lura kienu waslu preċiżament fl-inħawi fejn illum insibu din il-knisja. Għalhekk naħsbu li Tabone bniha bħala radd ta’ ħajr lill-qaddis protettur għall-għajnuna li tah f’din it-taqbida.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s