BELTNA

Logo_pdfBELTNA hija logħba edukattiva li għandha togħġob lil kull min iħobb l-istorja ta’ pajjiżna, u partikolarment lil dawk li jixtiequ jsiru jafu aktar dwar il-wirt storiku taż-Żejtun.  Din il-logħba tifforma parti minn materjal edukattiv li l-għaqda Wirt iż-Żejtun qed tipproduċi bil-għajnuna ta’ fondi mgħotija permezz ta’ Small Initiatives Scheme (SIS) maħruġa mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat kif ukoll bil-għajnuna finanzjarja mill-MEPA .  Dan il-materjal huwa maħsub sabiex jgħin lill-istudenti tal-Ħames Sena ta’ l-iskola primarja fis-suġġett tal-Istudji Soċjali li parti minnu jinkludi materjal marbut mal-belt taż-Żejtun.  Madanakollu din il-logħba tista’ tintlagħab kemm mit-tfal kif ukoll mill-kbar u m’hemm ebda limitu fl-eta’ sakemm wieħed huwa għatxan għat-tagħrif.

IR-REGOLI tal-logħba huma sempliċi ħafna.  Tista’ tgħid li l-logħba għandha għamla ta’ quiz u fl-istess ħin hija tellieqa bejn il-parteċipanti.  F’din il-logħba jistgħu jilgħabu minn tnejn sa erba’ persuni u xi ħadd ieħor jista’ jkun il-quiz-master.  Jekk ma jkunx hemm min joqgħod quiz-master, il-logħba tista’ tintlagħab xorta għaliex il-parteċipanti jistgħu jistaqsu l-mistoqsijiet lil xulxin.

Progett BELTNA  3 (Ritratt hajr - Myriam Marsh)Kull parteċipant jibda billi jagħżel waħda mill-erba’ pedini ta’ kulur differenti u skont il-kulur li jagħżel ikun għażel ir-rotta li ser jieħu matul it-toroq taż-Żejtun li qed jidhru fuq il-mappa ta’ din il-belt.  Il-pedina titqiegħed fil-bidu tar-rotta hekk kif immarkat fuq il-mappa.  Kull parteċipant, wieħed wara l-ieħor, iwaddbu d-dada, u dan ma jistax jiċċaqlaq minn postu jekk id-dada ma tiġix fuq in-numru sitta.  Malli tiġi fuq in-numru sitta jerġa’ jwaddab id-dada u skont in-numru li jiġi, jimxi fuq iċ-ċrieki u jieqaf sakemm jasal fuq l-għadd tan-numru li jkun qara minn fuq id-dada.

Meta waqt li miexi tul ir-rotta, in-numru jwaqqaf lil min qed jilgħab fuq sit immarkat b’ċirku b’numru fih (minn 1 sa 10), il-quiz-master għandu jfittex il-karta tal-logħob li taqbel ma’ dak il-kulur u numru.  Fuq din il-karta isib erba’ mistoqsijiet bit-tweġibiet miktubin ħdejhom.  Min qed jilgħab irid jagħżel waħda minn dawn il-mistoqsijiet billi jagħżel numru minn 1 sa 4, bin-numru 1 tkun eħfef min-numru 4.  Il-quiz-master jistaqsi l-mistoqsija magħżula u skont jekk iweġibx tajjeb jew ħażin, il-parteċipant jimxi numru ta’ passi l-quddiem jew lura.  Il-logħba tintrebaħ minn dak il-parteċipant li jispiċċa l-mixja l-ewwel billi jasal fuq is-sit tal-Villa Rumana u b’hekk ikun skopra l-oriġini ta’ BELTNA.

Ma’ dan il-pakkett edukattiv għandek issib ukoll tagħrif storiku dwar kull sit li fuqu hemm waqfiet matul ir-rotot fil-logħba.  Huwa rrakommandat li dan il-materjal jinqara minn kull parteċipant qabel ma jibda jilgħab.  Sabiex nagħmlu din ir-riċerka aktar interessanti, fuq kull karta tal-logħob qed nipproduċu il-QR Code li jista’ jinqara permezz tal-iSmart Phone kif ukoll il-ħolqa tal-paġna elettronika li permezz tagħhom tista’ ssib aktar informazzjoni u ritratti dwar kull waqfa.

Rotta Ħamra

Rotta Kaħla

Rotta Ħadra

Rotta Safra

Ġnien il-Qawsalla

Bir-id-deheb

Ġnien iż-Żogħożija

Ħajt il-Wied

Villa Testaferrata

Knisja Madonna tal-Ħniena

Knisja San Klement

Villa Cagliares

Knisja ta’ Sant’ Anġ

Id-Dar tal-Falkunier

Skola Primarja

Id-Dar ta’ Klement Tabone

Kunsill Lokali

Knisja tal-Madonna tal-Qalb Imqaddsa

Dar San Ġużepp

Misraħ l-Ibjar

Villa Curmi

Knisja ta’ Santa Marija

Id-Dar tal-pittur Ġużeppi Caruana

Knisja tas-Salvatur

Casa Perellos

Id-Dar ta’ Ġuże Abela

L-Oratorju

Dar Nazzaret

Knisja ta’ l-Ispirtu s-Santu

Palazz Aedis Danielis

Il-Palazz tal-Isqoff Mattei

Ġnien Brejġu

Banda Beland

Knisja tal-Bon Kunsill

Knisja u IstituT Ġesu’ Nazzarenu

Ġnien iċ-Ċrieki

Paroċċa Santa Katarina

Id-Dar ta’ Xandru Farrugia

Statwa ta’ San Girgor

Ġiebja Rumana

Is-Salib tal-Pjazza

Id-Dar ta’ Carlo Diacono

Parroċċa l-Qadima

Id-Dar ta’ l-Anzjani

Oqbra Puniċi u Rumani

Banda Żejtun

Ġnien Luqa Briffa

Ġnien San Girgor

Villa Rumana

LogoMEPA

SIS Logo

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s