Category Archives: Ahbarijiet

Gallery

AĦBARIJIET: Il-Kumitat Eżekuttiv iżur lil ET President ta’ Malta

This gallery contains 2 photos.


Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-għaqda Wirt iż-Żejtun, li saret nhar il-Ħadd 25 ta’ Jannar 2015, ġie ikkonfermat il-kumitat il-ġdid għas-sentejn li ġejjin.  Fil-kariga ta’ President inħatar Ruben Abela, filwaqt li TraceyAnne Cumbo bħala Segretarja, Jesmond Cutajar inħatar bħala Teżorier, Marcelle Cannataci … Continue reading

Gallery

AĦBARIJIET: It-tieni pubblikazzjoni ta’ Wirt iż-Żejtun

This gallery contains 2 photos.


Wirt iż-Żejtun nhiediet it-tieni pubblikazzjoni tiegħu li din id-darba tiġbor fiha dak kollu li ġie spjegat fis-Simpożju organizzat f’Lulju li għadda.  L-isem ta’ din il-pubblikazzjoni hu “The Turkish Raid of 1614”.  Dan il-ktieb ta’ 104 paġni jinkudi fih tmien kapitli … Continue reading

Gallery

AĦBARIJIET: Wirja ta’ Wirt iż-Żejtun 2014

This gallery contains 8 photos.


Fid-19 ta’ Settembru, l-Onor. Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali inawgura l-wirja ta’ din is-sena organizzata minn Wirt iż-Żejtun fil-fergħa tal-APS Bank, iż-Żejtun. It-tema ta’ din il-wirja kienet “L-Aħħar Ħbit tat-Torok 1614” u ġabret fiha l-aktar punti mportanti li ħaġ;u … Continue reading

Gallery

AĦBARIJIET: L-Aħħar tislima lil Dr Alexander Cachia Zammit

This gallery contains 4 photos.


Matul l-għodwa tat-2 t’Awissu 2014, fil-Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun u fit-triq li twassal għaċ-ċimiterju ta’ San Girgor, ingħatat l-aħħar tislima lil Dr. Alexander Cachia Zammit. Dr. Cachia Zammit, barra li kien tabib, politiku u president tas-Soċjeta’ Mużikali Beland, kien … Continue reading

Gallery

AĦBARIJIET: Il-Kumitat Eżekuttiv jiltaqa’ mal-Ministru Bonnici

This gallery contains 1 photos.


Fil-25 ta’ Ġunju, l-Kumitat Eżekuttiv ta’ Wirt iż-Żejtun iltaqa’ mal-Onor. Dr. Owen Bonnici, Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.  Il-laqgħa saret fl-uffiċċju tal-Ministru, l-Belt Valletta. Matul din il-laqgħa, l-kumitat ippreżenta l-fehmiet u l-proposti tiegħu dwar kif il-wirt kulturali fix-Xlokk ta’ … Continue reading

Gallery

AĦBARIJIET: Inawgurazzjoni uffiċjali tar-restawr tal-istatwa ta’ San Girgor

This gallery contains 12 photos.


F’lejla bir-riħ u pjuttost kiesħa, nhar it-Tlieta 22 t’April, l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta, inawgurat l-istatwa rrestawrata ta’ San Girgor li tinsab fil-wesgħa ta’ quddiem il-knisja Parrokkjali l-Qadima ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun. Is-serata bdiet b’diskors li ppraparah … Continue reading

Gallery

STQARRIJA: Iż-Żbir tas-Sigar f’San Girgor

This gallery contains 5 photos.


Wara laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Wirt iż-Żejtun li saret illum is-Sibt wara nofs-in-nhar qed tinħareġ din l-istqarrija. Waqt li matul dawn l-aħħar jiem, Wirt iż-Żejtun kienet impenjata sa biex tnissel apprezzament akbar fost it-tfal lejn belt twelidhom permezz tal-logħoba edukattiva … Continue reading

Gallery

AĦBARIJIET: Mniedi il-Proġett BELTNA

This gallery contains 8 photos.


Nhar it-Tnejn 7 ta’ April, fl-iskola Primarja B taż-Żejtun, li tifforma parti mill-Kulleġġ San Tumas Moore, ġie mniedi il-proġett BELTNA, fil-preżenta tal-Ministru tal-Edukazzjoni, l-Onorevoli Evarist Bartolo. BELTNA hija logħba edukattiva li għandha togħġob lil kull min iħobb l-istorja ta’ pajjiżna, … Continue reading

Image

AĦBARIJIET: Inbeda x-xogħol ta’ restawr


???????????????????????????????Inbeda x-xogħol ta’ restawr u konservazzjoni tal-istatwa tal-ġebel ta’ San Girgor li hemm fil-wesgħa quddiem il-parroċċa l-qadima. Dan ix-xogħol qed isir fuq inizzjattiva ta’ Wirt iż-Żejtun.

Din l-istatwa hija monument importanti mhux biss għalina ż-Żwieten iżda wkoll fuq livell nazzjonali, dan minħabba l-importanza artistika ta’ dan ix-xogħol. Fil-fatt din l-istatwa saret fuq id-disinn ta’ Vincenzo Hyzler u nħadmet minn Salvu Dimech fl-1837, artisti fil-Moviment tan-Nazzareni, li kienu attiv fl-ewwel nofs tas-Seklu 19.

L-istatwa ta' San Girgor fiz-Zejtun_FionaWirt iż-Żejtun qed tagħmel appell għall-individwi u entitajiet kummerċjali li jixtiequ jgħinu permezz ta’ donazzjonijiet għat-twettiq ta’ dan il-proġett. Id-donazzjonijiet għandhom jintbagħtu b’ċekk lil Wirt iż-Żejtun, Kaxxa Postali 25, Żejtun. Tinħareġ irċevuta għal kull donazzjoni u jkun hemm rikonoxximent lil kull benefatur waqt iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni ta’ dan ir-restawr li ser issir nhar it-Tlieta 22 t’April.

Gallery

AĦBARIJIET: Rappreżentanta ta’ Wirt iż-Żejtun fuq kumitat tal-MCESD

This gallery contains 1 photos.


Fiona Vella, l-Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-NGO Wirt iż-Żejtun, ġiet eletta bħala membru sostitut tal-MCESD, fis-settur tal-protezzjoni u l-iżvilupp tal-ambjent, li jinkludi l-protezzjoni tal-annimali, il-kultura, l-arti u l-wirt kulturali. Il-Kumitat Eżekuttiv ta’ Wirt iż-Żejtun innomina lis-Sinjura Vella bħala rappreżentanta ta’ dan … Continue reading