Category Archives: attivitajiet

Gallery

ATTIVITAJIET: Ix-Xlokk l-Ewwel Art

This gallery contains 15 photos.


Mat-tbexbix ta’ nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Mejju 1565, dehru l-ewwel xwieni Torok fuq ix-xefaq tax-Xlokk.  Il-kanuni ta’ Sant Iermu u Sant’ Anġlu ġew sparati biex javżaw ’l Imdina u ‘l Għawdex bil-wasla tal-għadu.  Mas-sinjal, in-nies bdew jinġabru għall-kenn tal-Birgu u … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: Mixja Kulturali fiċ-Ċentru taż-Żejtun

This gallery contains 14 photos.


Nhar il-Ħadd 26 ta’ April 2015, matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu, Wirt iż-Żejtun organizzat mixja kulturali fiċ-ċentru taż-Żejtun. Din il-mixja bdiet minn Misraħ Carlo Diacono u kompliet fit-toroq dojoq tal-Gwiedi, l-inħawi li jiġu taħt il-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.  F’dawn l-inħawi, … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: Xogħol l-Iskultur fil-Wirt Sagru tal-Ġimgħa l-Kbira

This gallery contains 2 photos.


Wirt iż-Żejtun, Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Marzu 2015, organizzat għall-ħames darba intervista pubblika ma’ personaġġ li ta sehemu fil-wirt sagru tal-Ġimgħa l-Kbira taż-Żejtun. Wara t-Tabib Alexander Cachia Zammit, Vince Abela, il-Kan Dun Joe Abela u Joseph Aquilina, din is-sena kellna … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: “Imħabba fit-Taqbida”

This gallery contains 23 photos.


Imħabba fit-Taqbida kien l-isem tad-dramm bi produzzjoni ta’ Wirt iż-Żejtun u l-Juventutus Domus Sacra Familia li sar fis-sala tal-Juventutis Domus nhar it-8 u d-9 ta’ Novembru. Dan id-dramm b’kitba u direzzjoni ta’ Joseph Agius kien ibbażat fuq il-ġrajja storika tal-Aħħar … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: Ngħalqu l-attivitajiet bil-kbir matul Novembru

This gallery contains 2 photos.


Matul ix-xahar ta’ Novembru, Wirt iż-Żejtun se tkun qed tagħlaq is-sena t’attivitajiet li għamlet sa biex tfakkar għeluq l-400 sena mill-Aħħar Ħbit tat-Torok li seħħ fis-6 ta’ Lulju 1614. Nhar il-Ħadd 2 ta’ Novembru se tiġi organizzata mixja, fejn għaliha … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: Simpożju 2014 – Il-Ħbit tat-Torok tal-1614

This gallery contains 16 photos.


Kienet għodwa nteressanti ħafna nhar il-5 ta’ Lulju, meta fil-knisja Parrokkjali l-Qadima taż-Żejtun, udjenza mdaqqsa ltaqet biex tisma’ tmien storiċi li ppreżentaw ir-riċerka tagħhom fuq dan l-avveniment partikolari fl-istorja ta’ Malta. Is-Simpożju nfetaħ mill-Onor. Dr. Owen Bonnici, Ministru għall-Ġustizzja, Kultura … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: Id-Difiża tax-Xlokk

This gallery contains 6 photos.


Nhar il-Ħadd 18 ta’ Mejju, Wirt iż-Żejtun organizza avveniment ieħor bħala parti mill-attivitajiet li jfakkru l-400 sena mill-Aħħar Ħbit tat-Torok tal-1614.  Dan kien jikkonsisti fi żjara lil numru ta’ fortifikazzjonijiet li nsibu mal-kosta fix-xlokk ta’ Malta. L-ewwel żjara saret fit-Torri … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: Il-Mixja tat-Torok 1614 – Għat-Tfal

This gallery contains 4 photos.


Nhar il-Ħamis 1 ta’ Mejju, Wirt iż-Żejtun reġa’ organizza l-mixja kulturali bit-tema “Il-Mixja tat-Torok – 1614”, li din id-darba kienet għat-tfal. Din hi waħda mill-attivitajiet li Wirt iż-Żejtun qed jorganizza din is-sena biex jikkommemora l-400 sena mill-Aħħar Ħbit tat-Torok li … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: Is-Sengħa u l-Arti tal-Arġentier

This gallery contains 5 photos.


Nhar l-Erbgħa, 9 ta’ April, Wirt iż-Żejtun organizzat ir-raba’ intervista pubblika marbuta maż-żmien il-Ġimgħa l-Kbira. Din is-sena miss lis-Sur Joseph Aquilina Żejtuni, arġentier magħruf għas-sengħa tiegħu.  L-intervista saret mill-kittieba u PRO ta’ Wirt iż-Żejtun, is-Sinjura Fiona Vella. Matul din l-intervista … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: Il-Mixja tat-Torok 1614

This gallery contains 5 photos.


Nhar il-Ħadd 16 ta’ Marzu, Wirt iż-Żejtun organizza l-ewwel attivita’ mis-sensiela t’attivitajiet biex ifakkru l-400 sena mill-aħħar ħbit tat-Torok fuq Malta nhar is-6 ta’ Lulju 1614. Il-mixja kulturali bdiet fil-parroċċa l-qadima ta’ Santa Katarina, magħrufa bħala ta’ San Girgor. Din il-knisja li … Continue reading