Category Archives: Uncategorized

Gallery

ATTIVITAJIET: Il-Mixja tat-Torok 1614

This gallery contains 5 photos.


Nhar il-Ħadd 16 ta’ Marzu, Wirt iż-Żejtun organizza l-ewwel attivita’ mis-sensiela t’attivitajiet biex ifakkru l-400 sena mill-aħħar ħbit tat-Torok fuq Malta nhar is-6 ta’ Lulju 1614. Il-mixja kulturali bdiet fil-parroċċa l-qadima ta’ Santa Katarina, magħrufa bħala ta’ San Girgor. Din il-knisja li … Continue reading

ATTIVITAJIET: Jum it-Tifkira


???????????????????????????????Nhar il-Ħadd 10 ta’ Novembru Wirt iż-Żejtun fakkar l-avveniment annwali tiegħu ”Jum it-Tifkira”, b’ċelebrazzjoni ta’ quddiesa fil-knisja Parrokkjali taż-Żejtun, u wara sar korteo bis-sehem tal-Iscouts u l-Guides u bil-parteċipazzjoni tas-soċjetajiet lokali.
Din is-sena Wirt iż-Żejtun fakkar lil Mikiel Cachia billi tħawlet siġra tal-ħarrub
fil-Ġnien tal-Kmandant, wieħed mill-ġonna li kien iddisinjat minn Cachia taħt il-
ħakma Ingliża.
Gallery

ETNOGRAFIJA: In-nawfraġju ta’ San Pawl

This gallery contains 3 photos.


Nhar l-10 ta’ Frar, il-knisja Kattolika tfakkar in-nawfraġju ta’ San Pawl Appostlu f’Malta fi triqtu lejn Ruma.  Din il-grajja hija iddokumentata tajjeb ħafna fl-Atti ta’ l-Appostli fil-Bibbja.  Bis-saħħa ta’ din l-għarqa San Pawl spiċċa waqaf f’Malta għal tlett xhur sħaħ … Continue reading

Video

INTERVISTA: Pawlu Pavia dwar il-presepju mekkaniku taż-Żejtun


Gallery

AĦBARIJIET: Il-lejla tiftaħ il-wirja

This gallery contains 1 photos.


Kollox jinsab lest sa biex illum fis-6:30 ta’ filgħaxija tiftaħ uffiċjalment il-wirja li qed torganizza Wirt iż-Żejtun dwar il-Villa Rumana taż-Żejtun.  Din qed isir bil-għajnuna tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun fiċ-Ċentru ta’ l-Art u Artiġjanat ta’ l-istess kunsill fi Triq San Girgor, … Continue reading

Gallery

WIRT MUŻIKALI: L-Antifona Prudens et Vigilans

This gallery contains 4 photos.


Meta tibda toqrob il-festa ta’ Santa Katarina bosta jibdew jisimgħu u jsemmgħu diversi siltiet mużikali marbuta maċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa. Għalkem id-daqq tal-marċi hija l-aktar forma popolari ta’ mużika waqt il-ġranet tal-festa, fiż-Żejtun għandna l-unur ngħidu li il-mużika li tindaqq waqt il-funzjonijiet … Continue reading

Gallery

Niċeċ: Madonna tal-Karmnu fi Sqaq il-Madonna tal-Bon Kunsill

This gallery contains 5 photos.


Meta wieħed ikun dieħel mit-triq ta’ l-għassa għaċ-ċentru taż-Żejtun, faċli ma jintebaħx li fil-bidu ta’ din it-triq hemm sqaq.  Huwa aktar diffiċli biex jagħti l-attenzjoni tiegħu lil niċċa sabiħa li tinsab fit-tarf ta’ dan l-isqaq. F’arranġament barokk għall-aħħar, fuq il-bieb … Continue reading

Gallery

Etnografija: Il-Bidu tal-Purċissjoni ta’ San Girgor

This gallery contains 4 photos.


L-ewwel Erbgħa fuq l-Ħadd il-Għid hija meqjusa minn bosta bħala ġurnata btala, b’mod speċjali għaż-Żwieten u ix-Xlukkajri.  Dan huwa il-jum meta tiġi iċċelebrata il-Festa ta’ San Girgor. Il-qofol ta’ din il-festa hija waħda reliġjuża u li sa ftit għexieren ta’ … Continue reading

Gallery

Żwieten li għamlulna unur: Xandru Farrugia (1791 – 1871)

This gallery contains 9 photos.


Xandru Farrugia huwa wieħed mill-bosta artiġjani li twieldu, għexu u ħadmu fiż-Żejtun.  Kien skultur fl-injam u fil-ġebla li mhux biss ħalla opri artistiċi fil-knejjes madwar Malta iżda wkoll insibu xogħolijiet tiegħu li jżejjnu it-triqat u il-pjazez tagħna permezz ta’ statwi … Continue reading

Gallery

L-Ewwel Anniversarju ta’ www.wirtizzejtun.com

This gallery contains 1 photos.


Nhar it-13 ta’ Marzu 2011 kienet il-ġurnata meta ġie mnedi is-sit elettroniku http://www.wirtizzejtun.com.  Sa minn dak il-jum ħadna ħsieb biex inżommu dan is-sit aġġornat b’informazzjoni dwar Wirt iż-Żejtun u il-wirt kulturali ta’ Beltna. B’sodisfazzjon ngħidu li sa minn meta ġew … Continue reading