Dwar dan is-Sit

Merħba lilek li qed iżżur dan is-sit elettroniku.

Dan is-sit elettroniku huwa s-sit uffiċċjali ta’ Wirt iż-Żejtun u huwa maħsub sa biex iservi bħala sors ta’ informazzjoni u għodda edukattiva għal dawk kollha li huma nteressati jew qed jistudjaw fuq wirtna.  Kull informazzjoni ppublikata ġiet riċerkata qabel ma tpoġġiet fis-sit.  Is-sit elettroniku huwa maħsub li jimla vojt li studenti zgħar isibu meta jkunu qed jagħmlu xi proġetti tal-iskola fuq din il-belt billi jipprovdi ritratti diġitali u informazzjoni bażika fuq din il-belt.

Huwa wkoll intenzjonat li jipprovdi aktar informazzjoni dettaljata lil studenti fi gradi għola u tiggwidhom għal użu ta’ riżorsi ppubblikati li jistaw isibu ta’ għajnuna fir-riċerka tagħhom.

Dan is-sit se jkun ukoll għodda importanti fil-promozzjoni u tisħiħ fl-apprezzament tal-wirt taż-Żejtun u huwa għajn ta’ informazzjoni għal dawk kollha li għandhom interess fil-passat tagħna.

Is-sit jista’ jservi wkoll bħala gwida għal dawk li bi ħsiebhom iżuru din il-belt kemm jekk turisti li jkunu qed jaħsbu biex izuru Malta, kif ukoll Maltin oħra minn lokalitajiet differenti.  Aħna nisperaw ukoll li dan iservi bħala ħolqa bejn Żwieten li emegraw f’dawn l-aħħar snin lejn kontinenti oħra speċjalment l-Awstralja u l-Amerika.

Huwa wkoll intenzjonat biex jippromwovi attivitajiet u kampanji organizzati minn Wirt iż-Żejtun u għaqdiet/soċjetajiet oħra meta dawn l-attivitajiet ikollhom x’jaqsmu mal-ħarsien ta’ wirtna.

Memorji tal-passat u tradizzjonijiet ser jiġu mġeddha minn dawk kollha li darba għexu jew żaru din il-belt sabiħa.

Aħna nisperaw li tieħdu gost bl-informazzjoni li ssibu fuq is-sit tagħna u li iżżuruna spiss filwaqt li nistidnukom li taqsmu kull informazzjoni li tistgħu issibu utli mall-ħbieb tagħkom.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s