Dwar iż-Żejtun

Iż-Żejtun – Citta’ Beland

Lejn ix-Xlokk tal-gzira ta’ Malta li tinstab fiċ-ċentru tal-Mediterran wieħed isib il-belt taż-Żejtun li ġiet mogħtija t-titlu ta’ Citta Beland mill-Gran Mastu Ferdinand Hompesch matul l-aħħar xhur li l-Ordni ta’ San Ġwann ħakmet lil Malta fl-1797.

Iż-Żejtun huwa wieħed mill-akbar bliet f’Malta u jkopri medda urbana ta’ madwar 1.3km kwadri u medda rurali ta’ madwar 3.1km kwadru. Huwa mdawwar bl-irħula ta’ Ħaż-Żabbar, Ħal-Tarxien, Ħal-Għaxaq, Marsaxlokk u Wied il-Għajn, liema rħula minbarra dak ta’ Ħal-Tarxien kienu jiffurmaw parti miż-Żejtun aktar minn 350 sena ilu.

Illum iż-Żejtun jgħodd bejn wieħed u ieħor mal-11,777 persuna. Il-popolazzjoni lokali minn wara żmien il-gwerra baqgħet bejn wieħed u ieħor l-istess u l-ammont varja bejn 10,440 fl-1967 u 11,777 fl-2008. L-arma tal-Kunsill Lokali hija magħmula minn salib aħdar fuq sfond abjad inkurunat b’fortizza.

Is-Sindku Joseph Attard imexxi l-kunsill lokali li huwa magħmul minn disa’ kunsilliera.

Il-knisja parrokkjali hija ddedikata lil Santa Katerina ta’ Lixandra u l-Arċipriet huwa r-Reverendu Dun Eric Overend

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s