Il-Baned Żwieten

Innijiet lil Santa Katarina

Matul iż-żminijiet inkitbu diversi innijiet f’ġieh il-patruna tagħna Santa Katarina. Dawn l-inijiet jindaqqu u jitkantaw matul il-ġranet tal-festa f’ambjenti differenti.

Sa mill-festi ċentinarji li saru fl-2005, inbdiet drawwa ġdida, dik li jittkanta innu minn sopran mill-gellerija tas-soċjetajiet mużikali taż-Żejtun waqt id-dħul ta’ l-istatwa ta’ Santa Katarina.

L-Għaqda Mużikali Beland introduċiet dan l-innu fl-2005.  Il-mużika ta’ l-innu “Lill-Patruna tal-Belt Beland” inkitbet minn Maestro Ray Sciberras, filwaqt li l-kliem kitbu il Kavalliet Gorg Bianchi u jittkanta minn bintu is-Sopran Rosabelle Bianchi.  Dan l-innu huwa inkluż f’diversi CDs li ħarġu l-Għaqda Mużikali Beland.  Fuq is-CD “Dawl fuq is-Sinaj” dan l-innu jittkanta mill-kor Mirabitur.

L-Għaqda Banda Żejtun fl-2007 f’għeluq il-250 sena mill-miġja tal-vara ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun, żanżnu l-innu popolari, “Insellmulek Katarina”.  Il-kliem u l-mużika ta’ dan l-innu inkitbu mis-Surmast Żejtuni il-Kaptan Carmelo Mangion u jittkanta mis-Sopran Karen Cammileri.  Dan l-innu huwa irrekordjat fis-CD “Insellmulek Katarina” li ħareġ fil-festa ta’ l-2007.

Dawn is-CDs jinxtraw mis-soċjetajiet rispettivi tagħhom u nirrakomandaw li jkollkom fil-librerija mużikali tagħkom.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s