Mużika Sagra

L-Antifona Prudens et Vigilans ta’ Maestro Carlo Diacono

Meta tibda toqrob il-festa ta’ Santa Katarina bosta jibdew jisimgħu u jsemmgħu diversi siltiet mużikali marbuta maċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa.

Għalkem id-daqq tal-marċi hija l-aktar forma popolari ta’ mużika waqt il-ġranet tal-festa, fiż-Żejtun għandna l-unur ngħidu li il-mużika li tindaqq waqt il-funzjonijiet tal-festa ġewwa l-knisja parrokkjali, tiġbed ammont sabiħ ta’ nies lejha.

Bla dubju ta’ xejn ir-raġuni għaliex din il-mużika tiġbed in-nies lejha hija l-istess kompożizzjoni tagħha, xogħol il-bravu kompożitur Żejtuni Maestro Carlo Diacono.  Matul dawn il-ġranet ta’ ċelebrazzjonijiet u funzjonijiet nisimgħu diversi xogħolijiet, minn għasar sa quddisiet, minn responsorjali sa antifoni.  Iżda kulħadd jaqbel li l-isbaħ biċċa mużika li tindaqq hija l-antifona ta’ Santa Katarina, Prudens et Vigilans.   Antifona li tqanqal id-demm fil-vini ta’ kull Żejtuni ma’ l-ewwel battuti tagħha.

Din l-antifona hija waħda mid-diversi antifoni li kiteb Carlo Diacono iżda mingħajr dubju hija waħda mill-isbaħ li għandu.  L-antifona Prudens et Vigilans kitibha fl-1926 hu hija miktuba għall-orkestra.

Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu tisimgħu din l-antifona hekk kif indaqqet fil-knisja waqt il-festa tas-sena 2011.  Ir-rekording mhux wieħed professjonali u għalek jekk wieħed jixtieq jisma’ il-ħoss aħjar jista’ jixtri CD mużikali li ħarġet il-Parroċċa taż-Żejtun fil-festi ċentinarji ta’ l-2005.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s