L-Iżvilupp Urban

Storiċi li studjaw l-istorja ta’ Malta sa meta l-Ordni ta’ San Ġwann waslet Malta jgħidu li Malta kienet fil-biċċa l-kbira pajjiż rurali, u l-unika żewġt ibliet sa dak iż-żmien kienu l-Imdina u r-Rabat.  Dan jixdhuh numru ta’ oqbra Puniċi u Kristjani li nstabu f’dawn l-akwati.

 Il-Kummissjoni li ntbagħtet mill-Ordni biex tirraporta fuq l-istat ta’ Malta qabel ma l-Ordni aċċettat li tieħu lil Malta bħala s-sede tagħha, wara li din kienet offruta lilha mir-Re ta’ Spanja, sabet illi l-popolazzjoni Maltja kienet magħmula l-aktar minn bdiewa, raħħala u nies li kienu jgħixu f’faqar kbir.  Dawn kienu nies li kienu jgħixu biss fuq il-prodotti agrikoli li kienu jikkultivaw fl-egħlieqi tagħhom, li skont dan ir-rapport kienu ukoll niexfa ħafna.  Ir-rapport qal ukoll illi l-biċċa l-kbira tan-nies kienet tgħix f’għerejjex u fl-għerien.

Minkejja dan ir-rapport, l-Ordni ta’ San Ġwann aċċettat l-offerta tar-Re u ġiet Malta fl-1530 u għażlet il-Borgo bħala iċ-ċentru amministrattiv tagħha.  Din l-għażla saret minħabba li dil-belt kienet viċin tal-baħar.  Kien biss fis-snin ta’ wara illi l-Port il-Kbir beda jiġi urbanizzat.  L-attivita’ ġġenerata mill-Ordni wasslet biex il-popolazzjoni madwar il-port kompliet tikber peress li numru kbir ta’ nies biddlu x-xogħol tagħhom minn dak fl-agrikoltura għal snajja’ relatati mal-baħar. .

L-attivitajiet navali komplew jiżdiedu taħt l-okkupazzjoni mill-Imperu Ingliż.  Dan wassal għal bżonn ta’ aktar ħaddiema u b’hekk aktar nies komplew jmorru jgħixu fl-inħawi tal-Port il-Kbir.  Il-popolazzjoni taż-Żejtun kompliet tipprospera sew waqt l-okkupazzjoni tal-Ordni u wisq aktar fi żmien l-Ingliżi . L-attivita’ navali u is-snajja marbuta magħhom komplew jissaħħu mall-miġja f’Malta, tal-flotta Ingliża.  Il-popolazzjoni fl-inħawi tal-Port il-Kbir ma kelliex aktar fejn toqgħod u għalek bdew joktru żoni urbani fil-madwar.  L-irħula li kienu l-eqreb lejn il-Port il-Kbir kienu minn ta’ l-ewwel li gawdew mill-ġid li inħoloq, fil-fatt iż-Żwieten kienu minn ta’ l-ewwel li ġawdew mill-ġid u ix-xogħol li inħoloq fil-Port kemm fi żmien l-Ordni kif ukoll fi żmien l-Ingliżi.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s