Gallery

ATTIVITAJIET: Jum it-Tifkira

This gallery contains 1 photos.


Nhar il-Ħadd 23 ta’ Novembru, Wirt iż-Żejtun fakkar Jum it-Tifkira. Din is-sena l-kommemorazzjoni speċjali ingħatat lil Klement Tabone. Fil-knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina saret quddiesa li għalija attendew is-soċjetajiet ċivili tal-lokal u l-grupp tal-iScouts u l-Guides taż-Żejtun.  Wara l-quddiesa sar … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: “Imħabba fit-Taqbida”

This gallery contains 23 photos.


Imħabba fit-Taqbida kien l-isem tad-dramm bi produzzjoni ta’ Wirt iż-Żejtun u l-Juventutus Domus Sacra Familia li sar fis-sala tal-Juventutis Domus nhar it-8 u d-9 ta’ Novembru. Dan id-dramm b’kitba u direzzjoni ta’ Joseph Agius kien ibbażat fuq il-ġrajja storika tal-Aħħar … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: Il-Mixja tal-Aħħar Ħbit tat-Torok tal-1614

This gallery contains 1 photos.


Nhar il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, f’għodwa bix-xita, Wirt iż-Żejtun organiza l-aħħar mixja tiegħu għal din is-sena.  Il-mixja kienet dik tal-Ħbit tat-Torok tal-1614 mill-knisja Parrokkjali l-Qadima sal-kappella ta’ San Klement. Dawk li attendew ingħataw spjegazzjoni dwar ir-rwol tal-knisja Parrokkjali l-Qadima matul … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: Ngħalqu l-attivitajiet bil-kbir matul Novembru

This gallery contains 2 photos.


Matul ix-xahar ta’ Novembru, Wirt iż-Żejtun se tkun qed tagħlaq is-sena t’attivitajiet li għamlet sa biex tfakkar għeluq l-400 sena mill-Aħħar Ħbit tat-Torok li seħħ fis-6 ta’ Lulju 1614. Nhar il-Ħadd 2 ta’ Novembru se tiġi organizzata mixja, fejn għaliha … Continue reading

Gallery

AĦBARIJIET: It-tieni pubblikazzjoni ta’ Wirt iż-Żejtun

This gallery contains 2 photos.


Wirt iż-Żejtun nhiediet it-tieni pubblikazzjoni tiegħu li din id-darba tiġbor fiha dak kollu li ġie spjegat fis-Simpożju organizzat f’Lulju li għadda.  L-isem ta’ din il-pubblikazzjoni hu “The Turkish Raid of 1614”.  Dan il-ktieb ta’ 104 paġni jinkudi fih tmien kapitli … Continue reading

Gallery

AĦBARIJIET: Wirja ta’ Wirt iż-Żejtun 2014

This gallery contains 8 photos.


Fid-19 ta’ Settembru, l-Onor. Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali inawgura l-wirja ta’ din is-sena organizzata minn Wirt iż-Żejtun fil-fergħa tal-APS Bank, iż-Żejtun. It-tema ta’ din il-wirja kienet “L-Aħħar Ħbit tat-Torok 1614” u ġabret fiha l-aktar punti mportanti li ħaġ;u … Continue reading

NEWSLETTER: Settembru 2014 – Ħarġa Nru 14


Din hija il-Ħarġa Nru 14 tan-newsletter tagħna.  Sabiex taqrha ikklikkja hawn.Settembru2014Settembru2014.2

Gallery

AĦBARIJIET: L-Aħħar tislima lil Dr Alexander Cachia Zammit

This gallery contains 4 photos.


Matul l-għodwa tat-2 t’Awissu 2014, fil-Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun u fit-triq li twassal għaċ-ċimiterju ta’ San Girgor, ingħatat l-aħħar tislima lil Dr. Alexander Cachia Zammit. Dr. Cachia Zammit, barra li kien tabib, politiku u president tas-Soċjeta’ Mużikali Beland, kien … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: Simpożju 2014 – Il-Ħbit tat-Torok tal-1614

This gallery contains 16 photos.


Kienet għodwa nteressanti ħafna nhar il-5 ta’ Lulju, meta fil-knisja Parrokkjali l-Qadima taż-Żejtun, udjenza mdaqqsa ltaqet biex tisma’ tmien storiċi li ppreżentaw ir-riċerka tagħhom fuq dan l-avveniment partikolari fl-istorja ta’ Malta. Is-Simpożju nfetaħ mill-Onor. Dr. Owen Bonnici, Ministru għall-Ġustizzja, Kultura … Continue reading

Gallery

AĦBARIJIET: Il-Kumitat Eżekuttiv jiltaqa’ mal-Ministru Bonnici

This gallery contains 1 photos.


Fil-25 ta’ Ġunju, l-Kumitat Eżekuttiv ta’ Wirt iż-Żejtun iltaqa’ mal-Onor. Dr. Owen Bonnici, Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.  Il-laqgħa saret fl-uffiċċju tal-Ministru, l-Belt Valletta. Matul din il-laqgħa, l-kumitat ippreżenta l-fehmiet u l-proposti tiegħu dwar kif il-wirt kulturali fix-Xlokk ta’ … Continue reading