Proġett ta’ Restawr tal-Knisja

Ir-Requiem ta’ Mozart b’risq ir-Restawr tal-Knisja

Nhar il-Ġimgħa 8 t’April fil-knisja parrokkjali ser tittella ir-Requiem ta’ Mozart bis-sehem tal-kor u orkestra Collegium Musicum.

Sa biex tirriserva post tista’ tibgħat e-mail fuq:

zejtunparishrestoration@gmail.com

u tagħti ismek, l-indirizz u in-numru ta’ postijiet li tixtieq tirriserva.  Tista’ wkoll iċċempel fuq 21694563  jew tmur fl-Uffiċċju Parrokkjali taż-Żejtun.

Min ser jattendi huwa imħeġġeġ biex jagħti donazzjoni ta €25 li ser imorru fil-fond tal-proġett ta’ restawr tal-knisja parrokkjali.

 

Il-Kontribuzzjoni Tagħna

Fix-xhur li ġejjin, wara konsultazzjoni mall-Parroċċa taż-Żejtun, Wirt iż-Żejtun ser tkun qed tfittex modi kif tista’ tkun ta’ għajnuna u tgħati kontribut sa biex il-proġett ta’ restawr tant meħtieġ fil-bini tal-Knisja Parrokkjali jittkompla u jibqa’ għaddej b’rittmu tajjeb.

Għalkemm bħalissa Wirt iż-Żejtun ma tistax tkun ta’ għajnuna fil-finanzjarjament ta’ dan il-proġett, żgur li tista’ tkun katalist fil-ħolqien ta’ kuxxjenza akbar lejn dan il-wirt fost iż-Żwieten u lilhin minnhom.

Jekk int tixtieq tkun ta’ għajnuna għal dan il-proġett b’permezz ta’ għotja finanzjarja, hi kemm hi, tista’ tagħmel l-għtja tiegħek jew direttament lill-Parroċċa taż-Żejtun jew billi tagħmel depożitu bankarju f’dawn il-kontijiet bankarji li ġew miftuħa b’dan l-iskop mill-parroċċa stess:

HSBC ZEJTUN – 056 061609 051;   BOV ZEJTUN – 400 1694 5627

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s