Ser iżżur iż-Żejtun?

Il-Post fejn għandek tkun!

Il-belt taż-Żejtun jew Citta Beland hija waħda mill-akbar bliet li wieħed isib fin-naħa t’isfel tal-gżira ta’ Malta.

Għalkemm din il-belt antika m’hiex waħda li ssib fuq itinerarji organizzati għat-turisti, xorta waħda numru ta’ turisti jżuru din il-belt spiss biex ifittxu xi ħaġa differenti miż-żoni turistiċi li huma popolari fil-gżira.  Allura jekk inti wieħed minn dawk li tixtieq tiskopri xi ħaġa differenti, jekk jinteressak il-wirt li jagħti identita’ lil pajjiżna, jekk inti trid timxi f’toroq dojoq u mserrpin u xxomm irwejjaħ ta’ dak li jkun qed jissajjar fid-djar, mela dan huwa l-post fejn għandek tkun!

Ġej bit-trasport pubbliku?

Jekk inti tagħżel li tiġi iż-Żejtun bit-trasport pubbliku, il-karozza tal-linja b’numru 81 li titlaq mill-Belt Valletta fi triqitha lejn Marsaxlokk, iddaħħlek direttament fil-qalba taż-Żejtun.   Tista’ tuża wkoll in-numri 124 u 135 jekk titlaq minn Wied il-Għajn.

Il-karozzi double decker joffru għażla ta’ Hop On and Hop Off. Iż-żewġ operaturi li joffru dan is-servizz jgħaddu min-nofs iż-Żejtun u jagħtu informazzjoni qasira waqt li jieqfu ġol-belt.

X’għandek tara u tfittex

Jekk inti tixtieq torganizza din il-ħarġa inti stess, allura tista’ tqattgħa ġuranata sħiħa fil-belt tagħna.  Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun jista’ jipprovdilek mappa li għandha dawra ppjanata fil-qalba tar-raħal.  Tista’ tiġbor din il-mappa mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali li jinstab ftit metri ‘l bogħod mit-terminus tal-karozzi tal-linja.

Tista’ żżur il-knisja mżejjna bi stil barokk li hija ddedikata lil Santa Katerina u il-knisja l-qadima w unika li tmur lura għaż-żmien medjevali li tinstab fit-tarf tal-belt.

Il-belt hija mogħnija b’arkitettura ta’ stili varji u ta’ perjodi differenti.  Tista’ ssir taf aktar fuq dan billi tfittex fil-paġna tal-Arkitettura f’dan is-sit elettroniku.

Ma tistax titlef mixja fit-toroq dojoq u mserrpin fl-eqdem partijiet ta’ din il-belt u li qabel kienu irħajjel ta’ Bisqallin u Ħal-Bisbut, fejn in-nies ferriħija tal-post huma dejjem lesti li jilqgħuk bil-mod uniku tagħhom.  Tista’ tistrieh fil-Ġnien ta’ San Girgor fejn tista’ toqgħod tittpaxxa bil-veduta meraviljuża mdawwar bl-għelieqi.

Tista timxi mixja miż-Żejtun sa Delimara u mbagħad għal Marsaxlokk, jekk inti tieħu gost timxi qalb ir-raba, fejn filwaqt li titpaxxa bil-veduti tal-għelieqi tiltaqa’ wkoll ma numru ta’ siti arkeologiċi u numru ta’ fortizzi.

Fejn tista’ tiekol

M’hemmx restoranti fil-belt iżda hemm numru ta’ ħwienet tal-kafe` u ‘snack bars’ fejn tkun tista’ tieħu xi kafe` jew xi ħaġa ħafifa.  Jekk trid tista’ wkoll tixtri xi tużżana pastizzi mill-pastizzerija li tinstab fil-pjazza prinċipali.  Inkella tista’ tmur f’xi każin ġol-pjazza u tistaqsi għal xi ftira jew ħobża biż-żejt u tazza nbid minn tal-post.

 

L-aħjar żmien tas-sena

Kull żmien huwa tajjeb biex iżżur iż-Żejtun għaliex dejjem hemm xi ħaġa x’tara u biex tieħu gost.  Imma hemm kalendarju ta’ festi u avvenimenti tradizzjonali fejn inti tista’ tingħaqad biex tagħti aktar valur liż-żjara tiegħek.

Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u ċ-ċelebrazzjonijiet f’Ħadd il-Għid huma speċjalita` fiż-Żejtun bħalma hija l-festa tar-raħal, il-Festa ta’ Santa Katerina li ssir kull tielet Ħadd ta’ Ġunju.  Fl-aħħar Ħadd ta’ Settembru, il-Kunsill Lokali jiċċelebra il-qtugħ taż-żebbuġ permezz ta’ attivita` folkloristika li hija maghrufa bħala Żejt iż-Żejtun.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s