Sponsorship

Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek!

Il-gżejjer tagħna huma sinjuri ħafna fil-qasam tal-wirt kulturali u mżejna bi storja għanja u relikwi tal-passat.  Iż-Żejtun xejn anqas!

Għalkemm għandna bosta ħsibijiet dwar kif noħolqu aktar interess fin-nies dwar dan il-wirt li jdawwarhom, dawn il-ħsibijiet jistgħu jittwetqu biss jekk ikollna il-fondi biex nagħmlu dan.  S’issa d-dħul finanzjarju ta’ l-għaqda tagħna ġej biss mill-isħubija ta’ dawk li jaqsmu l-istess viżjoni magħna u ingħaqdu magħna bħala membri.

Wieħed jista’ jifhem li b’dan id-dħul biss ma nistgħux nagħmlu wisq.  Għalek huwa il-ħsieb tagħna li nfittxu l-għajnuna b’permezz ta’ sponsors biex insostu attivitajiet li norganizzaw minn żmien għal żmien.  Għalek inħeġġu lil komunita’ kummerċjali taż-Żejtun biex ikunu minn ta’ quddiem u jersqu bl-għajnuna tagħhom.  Barra minn dan ser inkunu qed infittxu l-għajnuna wkoll minn barra beltna.

Wirt iż-Żejtun ninsabu grati lejn dawn l-agenziji u ħwienet li fehmu l-iskop ta’ l-għaqda tagħna u matul ix-xhur li għaddew għoġobhom jgħinuna finanzjarjament:

This slideshow requires JavaScript.