Blog Archives

Gallery

ATTIVITAJIET: Ix-Xlokk l-Ewwel Art

This gallery contains 15 photos.


Mat-tbexbix ta’ nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Mejju 1565, dehru l-ewwel xwieni Torok fuq ix-xefaq tax-Xlokk.  Il-kanuni ta’ Sant Iermu u Sant’ Anġlu ġew sparati biex javżaw ’l Imdina u ‘l Għawdex bil-wasla tal-għadu.  Mas-sinjal, in-nies bdew jinġabru għall-kenn tal-Birgu u … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: Mixja Kulturali fiċ-Ċentru taż-Żejtun

This gallery contains 14 photos.


Nhar il-Ħadd 26 ta’ April 2015, matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu, Wirt iż-Żejtun organizzat mixja kulturali fiċ-ċentru taż-Żejtun. Din il-mixja bdiet minn Misraħ Carlo Diacono u kompliet fit-toroq dojoq tal-Gwiedi, l-inħawi li jiġu taħt il-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.  F’dawn l-inħawi, … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: Analiżi strutturali tal-Parroċċa l-Qadima taż-Żejtun

This gallery contains 15 photos.


Lejliet il-festa ta’ San Girgor, nhar it-Tlieta 7 t’April, Wirt iż-Żejtun organizzat attivita’ informattiva bit-tema “Knisja Antika, Binja Antika”, fil-Knisja l-Qadima ta’ Santa Katarina, jew kif inhi magħrufa, l-Knisja ta’ San Girgor. F’din l-attivita’, il-Perit Karen Abela ippreżentat ir-riċerka li … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: Xogħol l-Iskultur fil-Wirt Sagru tal-Ġimgħa l-Kbira

This gallery contains 2 photos.


Wirt iż-Żejtun, Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Marzu 2015, organizzat għall-ħames darba intervista pubblika ma’ personaġġ li ta sehemu fil-wirt sagru tal-Ġimgħa l-Kbira taż-Żejtun. Wara t-Tabib Alexander Cachia Zammit, Vince Abela, il-Kan Dun Joe Abela u Joseph Aquilina, din is-sena kellna … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: Mixja għall-Gwidi

This gallery contains 5 photos.


Nhar il-Ħadd 8 ta’ Marzu, Wirt iż-Żejtun organizzat attivita’ immirata lejn il-gwidi tat-turisti. Bħala impenn ta’ Wirt iż-Żejtun sabiex jissaħħaħ l-għarfien dwar il-wirt storiku u artistiku taż-Żejtun, ħadna ħsieb li norganizzaw mixja informattiva fiċ-ċentru taż-Żejtun għall-gwidi tat-turisti.  Parti minn din il-mixja … Continue reading

Gallery

AĦBARIJIET: Il-Kumitat Eżekuttiv iżur lil ET President ta’ Malta

This gallery contains 2 photos.


Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-għaqda Wirt iż-Żejtun, li saret nhar il-Ħadd 25 ta’ Jannar 2015, ġie ikkonfermat il-kumitat il-ġdid għas-sentejn li ġejjin.  Fil-kariga ta’ President inħatar Ruben Abela, filwaqt li TraceyAnne Cumbo bħala Segretarja, Jesmond Cutajar inħatar bħala Teżorier, Marcelle Cannataci … Continue reading

Gallery

AĦBARIJIET: Laqgħa Ġenerali Annwali 2015

This gallery contains 3 photos.


Nhar il-Ħadd 25 ta’ Jannar 2015 inżammet il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Wirt iż-Żejtun. Matul din il-laqgħa ġie approvat ir-rapport ta’ ħidma għas-sena 2014 kif ukoll ir-rapport finanzjarju għall-istess sena.  Il-membri preżenti kellhom ukoll il-ħin sabiex iressqu l-kummenti u l-proposti tagħhom. … Continue reading

Gallery

AĦBARIJIET: Donazzjoni ta’ kotba lill-libreriji pubbliċi minn Wirt iż-Żejtun

This gallery contains 1 photos.


Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru rappreżentanza mill-kumitat eżekuttiv ta’ Wirt iż-Żejtun ippreżentat numru ta’ kotba li pproduċiet l-għaqda stess, lil Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol, is-Sur Evarist Bartolo.  Il-kotba huma ‘The Żejtun Roman Villa-Research, Conservation, Management’ u ‘The Turkish Raid of 1614’. Preżenti … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: Jum it-Tifkira

This gallery contains 1 photos.


Nhar il-Ħadd 23 ta’ Novembru, Wirt iż-Żejtun fakkar Jum it-Tifkira. Din is-sena l-kommemorazzjoni speċjali ingħatat lil Klement Tabone. Fil-knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina saret quddiesa li għalija attendew is-soċjetajiet ċivili tal-lokal u l-grupp tal-iScouts u l-Guides taż-Żejtun.  Wara l-quddiesa sar … Continue reading

Gallery

ATTIVITAJIET: “Imħabba fit-Taqbida”

This gallery contains 23 photos.


Imħabba fit-Taqbida kien l-isem tad-dramm bi produzzjoni ta’ Wirt iż-Żejtun u l-Juventutus Domus Sacra Familia li sar fis-sala tal-Juventutis Domus nhar it-8 u d-9 ta’ Novembru. Dan id-dramm b’kitba u direzzjoni ta’ Joseph Agius kien ibbażat fuq il-ġrajja storika tal-Aħħar … Continue reading