Blog Archives

Image

NEWSLETTER: Marzu 2015 – Ħarġa Nru 16


Jekk tixtieq taqra il-Ħarġa Nru 16 tan-newsletter ta’ Wirt iż-Żejtun ikklikkja hawn.

Marzu 2015_1Marzu 2015_2

Image

AĦBARIJIET: Inbeda x-xogħol ta’ restawr


???????????????????????????????Inbeda x-xogħol ta’ restawr u konservazzjoni tal-istatwa tal-ġebel ta’ San Girgor li hemm fil-wesgħa quddiem il-parroċċa l-qadima. Dan ix-xogħol qed isir fuq inizzjattiva ta’ Wirt iż-Żejtun.

Din l-istatwa hija monument importanti mhux biss għalina ż-Żwieten iżda wkoll fuq livell nazzjonali, dan minħabba l-importanza artistika ta’ dan ix-xogħol. Fil-fatt din l-istatwa saret fuq id-disinn ta’ Vincenzo Hyzler u nħadmet minn Salvu Dimech fl-1837, artisti fil-Moviment tan-Nazzareni, li kienu attiv fl-ewwel nofs tas-Seklu 19.

L-istatwa ta' San Girgor fiz-Zejtun_FionaWirt iż-Żejtun qed tagħmel appell għall-individwi u entitajiet kummerċjali li jixtiequ jgħinu permezz ta’ donazzjonijiet għat-twettiq ta’ dan il-proġett. Id-donazzjonijiet għandhom jintbagħtu b’ċekk lil Wirt iż-Żejtun, Kaxxa Postali 25, Żejtun. Tinħareġ irċevuta għal kull donazzjoni u jkun hemm rikonoxximent lil kull benefatur waqt iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni ta’ dan ir-restawr li ser issir nhar it-Tlieta 22 t’April.

Image

AĦBARIJIET: Ir-Restawr tal-istatwa ta’ San Girgor approvat mill-MEPA


HPIM8669L-applikazzjoni li saret lil MEPA minn Wirt iż-Żejtun sa biex tiġi irrestawrata l-istatwa ta’ San Girgor li hemm fil-wesgħa ta’ quddiem il-Parroċċa l-Qadima (San Girgor), ġiet approvata nhar l-Erbgha 19 ta’ Frar.  Wirt iż-Żejtun tixtieq li tlesti dan ix-xogħol qabel il-festa ta’ San Girgor.  Ix-xogħol se jinvolvi it-tindif tal-ġebla, tikħil ta’ fili kif ukoll xi tiswijiet li hemm bżonn fuq ġebel li xxellef jew iddeterjora.  Ix-xogħol se jsir minn persuna mħarġa u kwalifikata fir-restawr tal-ġebla.

Bħalissa Wirt iż-Żejtun qed tipprova ssib għajnuna finanzjarja permezz ta’ sponsorship sa biex tkun tista’ twettaq dan il-proġett.  Jekk hemm xi ħadd li jixtieq jgħin b’xi mod napprezzaw jekk jagħmel kuntatt magħna permezz tal-email: wirtizzejtun@gmail.com.

Image

AĦBARIJIET: Il-Logo Uffiċċjali għall-Attivitajiet taċ-Ċentinarju


Zejtun 1614 Logo FinalDan se jkun il-logo uffiċċjali li se jintuża minn Wirt iż-Żejtun biex ifakkar ir-raba’ Ċentinarju mill-aħħar ħbit tal-Imperu Ottoman fuq iż-Żejtun fl-1614.
Dan il-logo ġie ddisinjat mill-artist Daniel Spagnol.  Il-logo juri r-rebħa tal-poplu taż-Żejtun fuq l-attakki tat-Torok fl-1614.  Ix-ximitarra li tirrappreżenta lit-Torok, tidher ħamra u tfisser id-dmija u l-mewt.  Min-naħa l-oħra ż-żigarella ħadra li tirrappreżenta l-bandiera taż-Żejtun hi mdawra max-xabla u tissimbolizza r-rebħa fuq it-Torok.
Dan il-logo se jintuża minn Wirt iż-Żejtun fl-attivitajiet u l-inizzjattivi li hemm  ippjanati din is-sena biex jitfakkar dan iċ-Ċentinarju.
Image

ATTIVITAJIET: Jum it-Tifkira


HPIM8816Nhar il-Ħadd 10 ta’ Novembru 2013, Wirt iż-Żejtun ser ikun qed jiċċelebra l-okkazzjoni ta’ Jum ta’ Tifkira fejn matul din il-ġurnata jiġu mfakkra u jingħataw ġieh dawk l-individwi li fil-passat b’xi mod jew ieħor taw sehemhom għas-suċċess storiku u kulturali tal-belt taż-Żejtun.

Iċ-ċelebrazzjoni tibda permezz ta’ quddiesa li se ssir fil-Parroċċa taż-Żejtun fit-8.00am, u wara se titkompla permezz ta’ korteo fejn fosthom se jipparteċipaw il-Boy Scouts u l-Girl Guides taż-Żejtun, flimkien ma’ rappreżentanti ta’ għaqdiet lokali. Din is-sena Wirt iż-Żejtun se tkun qed tiddedika din iċ-ċerimonja lil Mikiel Cachia u għaldaqstant il-korteo se jispiċċa fil-Ġnien tal-Kmandant, peress li dan ġie iddiżinjat minn Cachia stess.

Kulħadd hu mistieden li jipparteċipa f’din iċ-ċerimonja.

Image

AĦBARIJIET: Kompetizzjoni għal disinn ta’ logo


HPIM1061Wirt iż-Żejtun qed tagħmel sejħa għal disinn ta’ logo li jfakkar l-400 sena anniversarju mill-aħħar ħbit tat-Torok.  Il-logo rebbieħ ser jintuża mill-għaqda matul is-sena li ġejja waqt attivitajiet li ser ikunu qed jittellgħu sa biex tiġi imfakkra din il-ġrajja.

Min huwa interessat li jipparteċipa għandu jara ir-regolamenti u jimla’ din l-applikazzjoni.

Image

AĦBARIJIET: Tiftaħ il-Wirja “Sejbiet Missirijietna 1913 – 1963 – 2013”


??????????????????????????????????????????????????????????????Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Settembru fetħet uffiċċjalment il-wirja li qed torganizza Wirt iż-Żejtun għal matul l-attivitajiet ta’ Żejt iż-Żejtun.  Din hija t-tielet sena li qed tiġi organizzata wirja minn din l-għaqda f’dawn iż-żminijiet.

“Sejbiet Missirijietna 1913 – 1963 – 2013″ huwa s-suġġett tal-wirja li Wirt Iż-Żejtun qed torganizza din is-sena. Il-wirja tiġbor fiha fdalijiet tal-antenati tagħna misjuba f’ numru ta’ oqbra relatati mal-Perjodu Klassiku u li ġew skoperti mitt sena u ħamsin sena ilu.
L-ewwel serje ta’ oqbra ġew skoperti fl-1913 meta s-sistema tad-drenaġġ kienet introdotta fit-toroq li jiffurmaw iż-żona ta’ wara l-knisja parrokkjali taż-Żejtun. Id-djar f’din iż-żona ġew mibnija f’toroq għamla ta’ gradilja tal-ħadid fil-bidu tas-seklu 20. It-tieni grupp ta’ oqbra ġew skoperti meta bdiet tinbena l-iskola sekondarja l-ġdida tal-bniet fis-snin 60. Il-bini tal-iskola wassal ukoll biex tiġi skoperta l-Villa Rumana taż-Żejtun.
Il-wirja ta’ din is-sena qed tkun esebita fil-fergħa tal-bank tal-HSBC taż-Żejtun li tinsab fi Vjal Il-25 ta’ Novembru, fuq il-lemin inti u dieħel iż-Żejtun. Dan il-post seta jkun disponibbli fuq inizjattiva tal-ħaddiema tal-fergħa li wkoll offrew ħinhom minħabba fina. L-oġġetti arkeoloġiċi esebiti jiffurmaw parti mill-Kollezzjoni Nazzjonali u ġew mgħotija lilna b’self minn Heritage Malta.
Din l-inizjattiva qiegħda ssir bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u Kunsilli Lokali.
Il-wirja infetħet uffiċċjalment mill-Onor. Jose’ Herrera, Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Kunsilli Lokali u għal ftuħ attendew diversi mistednin u l-pubbliku.
Il-wirja se tkun miftuħa waqt il-ħinijiet tal-ftuħ tal-bank matul il-ġimgħa kif ukoll nhar is-Sibt 28 ta’ Settembru bejn il-5:00 ta’ filgħaxija u nofs il-lejl, matul il-lejla ta’ Żejt iż-Żejtun.

This slideshow requires JavaScript.

Image

IMMAĠNI 360: Il-Knisja Parrokkjali mżejjna għall-Ġimgħa Mqaddsa


Is-sit elettroniku maltain360.com għadu kemm poġġa dawn l-immaġni tal-Knisja  Parrokkjali mżejjna għall-Ġimgħa Mqaddsa.

Ikklikja fuq dan ir-ritratt u tpaxxa!

DSC_1118

Image

IKKUMMENTA: Il-ktieb dwar il-Villa Rumana taż-Żejtun għoġbok?


DSCN3365Jekk int diġa xtrajt kopja ta’ dan il-ktieb napprezzaw ħafna jekk tħallilna l-kummenti tiegħek.  Nixtiequ nisimgħu jekk il-ktieb sibtx fih dak li stennejt.  Jekk il-pubblikazzjoni hiex ta’ livell tajjeb.   Nixtiequ wkoll nisimgħu l-kritika sa biex pubblikazzjoni oħra tkun aħjar.

Fuq kollox nixtiequ nkunu nafu jekk tirrakomandax lil ħadd ieħor jixtri kopja ta’ dan il-ktieb.

Grazzi tal-kumment tiegħek.