Xandru Farrugia (1791 – 1871)

Xandru Farrugia huwa wieħed mill-bosta artiġjani li twieldu, għexu u ħadmu fiż-Żejtun. Kien skultur fl-injam u fil-ġebla li mhux biss ħalla opri artistiċi fil-knejjes madwar Malta iżda wkoll insibu xogħolijiet tiegħu li jżejjnu it-triqat u il-pjazez tagħna permezz ta’ statwi li nsibu f’diversi niċeċ.

Xandru twieled fit 2 ta’ Frar 1791, bin Gużeppi Farrugia u Domenica nee’ Abela. Iżżewweġ lil Marianna fl-1814, u fost it-tfal li kellu insemmu lil Giovanni, li kien l-unika tifel li ħa is-sengħa ta’ missieru. Il-familja Farrugia kienu jgħixu fi Triq il-Madonna tal-Bon Kunsill, żewġ bibien il-bogħod mill-għassa tal-pulizija.

Xandru kien aljiev ta’ l-iskultur magħruf Malti, Marjanu Gerada. L-influenza ta’ l-għalliem tiegħu nistgħu narawha f’diversi xogħolijiet ta’ Xandru.

Fost l-aqwa xogħolijiet li nsibu ta’ Xandru Farrugia insemmu l-vari proċessjonali u titulari tal-Lunzjata ta’ Ħal-Tarxien (1829), Santa Marija tal-Imqabba (1837) u San Pawl ta’ Ħal-Safi (1844).

Fil-Parroċċa taż-Żejtun bla dubju ta’ xejn l-aqwa biċċa xogħol tiegħu hija l-vara tal-Marbut (1844). Xogħol ieħor marbut mall-Ġimgħa Mqaddsa huwa l-Ecce Uomo li nsibu fuq l-artal ta’ Sant Andrija.

Farrugia ħadem ukoll żewġ Bambini għall-Fratellanza tar-Rużarju, wieħed mindud u l-ieħor bil-wieqfa.

Xandru Farrugia miet fl-4 ta’ Diċembru 1871.

Riċentament għadu kemm sar studju dwar dan il-persunaġġ li għamel unur liż-Żejtun minn Clifford Galea, li bħala tema għat-teżi tal-Masters tiegħu fl-Istudji Barokki għażel is-suġġett: “Baroque Statuary in Malta with Reference to Alessandro Farrugia 1791 – 1871.”

Referenzi:

Abela, Joe Kan. Il-Parroċċa taż-Żejtun tul iż-Żminijiet. 2006

DeBono J.G. L-Istorja tal-vara tal-Lunzjata ta’ Ħal-Tarxien. 2004

http://www.freewebs.com/stillieristorja/Xandru%20Farrugia.htm

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s