Gallery

ATTIVITAJIET: Mixja għall-Gwidi


IMG_9606Nhar il-Ħadd 8 ta’ Marzu, Wirt iż-Żejtun organizzat attivita’ immirata lejn il-gwidi tat-turisti.

IMG_9610Bħala impenn ta’ Wirt iż-Żejtun sabiex jissaħħaħ l-għarfien dwar il-wirt storiku u artistiku taż-Żejtun, ħadna ħsieb li norganizzaw mixja informattiva fiċ-ċentru taż-Żejtun għall-gwidi tat-turisti.  Parti minn din il-mixja kienet żjara fil-knisja parrokkjali, fejn dawk li attendew ingħataw tagħrif dwar id-diversi xogħlijiet ta’ arti li nsibu fil-knisja.  Wara żjara fil-kannierja u l-bejt tal-knisja, il-gwidi żaru l-mużew tal-istorja u arti li nsibu fil-parroċċa.  L-attivita’ ntemmet bi żjara f’Ta’ Ġanna Bar, fejn kienet għaddejja sessjoni ta’ għana.

Għalkemm ma kienx hemm xi attendenza numeruża għal din l-attivita’, l-gwidi li attendew kienu sorpriżi b’dak li għandu x’joffri ż-Żejtun għal-turiżmu b’differenza.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s